Skip to main content

Juvenes Translatores

Konkors li jippremja lill-aħjar tradutturi żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea

Merħba!

Jekk jogħġbok aqra r-regoli tal-konkors bir-reqqa qabel ma tirreġistra l-iskola tiegħek.

Jekk jogħġbok żomm f’moħħok:

  • Id-data u l-ħin tal-konkors: 26 ta’ Novembru 2026, 10:00-12:00 Ħin tal-Ewropa Ċentrali.
  • Il-perjodu ta’ reġistrazzjoni għall-iskejjel: 1 ta’ Settembru 2026, 12:00 – 12 ta’ Ottubru 2026, 23:59 Ħin tal-Ewropa Ċentrali.
  • L-iskejjel se jintgħażlu b’mod aleatorju.
  • Il-lista tal-iskejjel magħżulin se tiġi ppubblikata fis-sit web tagħna sal-aħħar ta’ Ottubru.
  • Il-parteċipanti jridu jkunu twieldu fl-2009.
  • Kull skola magħżula għandha tirreġistra 2 sa 5 parteċipanti.

It-traduzzjoni se ssir online f'din il-pjattaforma.

Jekk jogħġbok innota li ma tistax tuża kont mill-edizzjonijiet tal-konkors tas-snin preċedenti. Jekk jogħġbok oħloq kont ġdid għall-edizzjoni tal-Juvenes Translatores 2026-2027.

Ikklikkja fuq “Irreġistra l-iskola tiegħek” biex tipproċedi.