Jekk jogħġbok aqra r-regoli tal-konkors bir-reqqa qabel ma tirreġistra l-iskola tiegħek.
Jekk jogħġbok żomm f’moħħok:
- Id-data u l-ħin tal-konkors: 26 ta’ Novembru 2026, 10:00-12:00 Ħin tal-Ewropa Ċentrali.
- Il-perjodu ta’ reġistrazzjoni għall-iskejjel: 1 ta’ Settembru 2026, 12:00 – 12 ta’ Ottubru 2026, 23:59 Ħin tal-Ewropa Ċentrali.
- L-iskejjel se jintgħażlu b’mod aleatorju.
- Il-lista tal-iskejjel magħżulin se tiġi ppubblikata fis-sit web tagħna sal-aħħar ta’ Ottubru.
- Il-parteċipanti jridu jkunu twieldu fl-2009.
- Kull skola magħżula għandha tirreġistra 2 sa 5 parteċipanti.